Il-Malta Racing Club qed iħejji għat-tieni finali ta’ kampjonat minn wara l-waqfa tas-sajf, bil-Finali tal-Kampjonat Mapfre għal żwiemel tal-klassi Silver. Il-finali ser tara dan il-kampjonat jasal fil-qofol tiegħu ġewwa il-kumpless sportive Malta Equidrome nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru fid-9:05pm.
Il-kampjonat ta’ din is-sena jimmarka pass importanti fir-relazzjoni fit-tul bejn Mapfre u t-tiġrijiet taż-żwiemel f’Malta, hekk kif għall-ewwel darba din il-kumpanija tal-assigurazzjoni qed tagħti isimha lil kampjonat organizzat mill-Malta Racing Club.
Għal dan il-kampjonat ħadu sehem 76 żiemel tal-kategorija Silver, li kkompetew f’seba’ heats ta’ kwalifikazzjoni li saru fid-9 ta’ Ottubru. Minn dawn, 32 żiemel għaddew għat-tliet semifinali li saru nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Ottubru, biex finalment 12-il żiemel kisbu posthom fil-finali fejn se jkunu qed jikkompetu għar-rebħ ta’ dan it-titlu prestiġjuż. Il-pożizzjonijiet tat-tluq għall-finali ġew deċiżi waqt konferenza stampa li għaliha attendew rappreżentanti tal-kumpanija Mapfre u tal-organizzazzjonijiet involuti fl-isport.
F’isem Mapfre, is-Sur Keith Tanti, Chief Operations Officer, esprima s-sodisfazzjon tal-kumpanija li qed tkompli ssaħħaħ ir-rabta tagħha mat-tiġrijiet taż-żwiemel f’Malta permezz tal-isponsorjar ta’ dan il-kampjonat. Huwa enfasizza l-impenn li Mapfre ilha turi matul is-snin biex tappoġġja diversi attivitajiet sportivi fil-gżejjer Maltin, kif ukoll l-interess tal-kumpanija li żżomm u tkompli tiżviluppa r-relazzjoni tagħha mal-isport tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Is-Sur Tanti temm billi awgura kull suċċess lis-sidien, lis-sewwieqa u lit-timijiet rispettivi tagħhom li se jkunu qed jieħdu sehem fil-finali.
Dr Matthew Brincat, Kap Eżekuttiv tal-Malta Equidrome, laqa’ l-involviment ta’ Mapfre bħala sponsor ewlieni ta’ dan il-kampjonat u rrikonoxxa l-importanza tal-appoġġ kontinwu minn kumpaniji stabbiliti għall-iżvilupp tat-tiġrijiet taż-żwiemel f’Malta. Huwa rrefera għall-ħidma kontinwa biex titjieb l-esperjenza tat-tiġrijiet fil-Malta Equidrome, kemm għal dawk direttament involuti fl-isport kif ukoll għall-pubbliku li jattendi għal-laqgħat tat-tiġrijiet. Dr Brincat esprima l-fiduċja tiegħu li din il-finali se toffri serata oħra ta’ tiġrijiet eċċitanti u kompetittivi.
Is-Sur Max Zammit, Kap Eżekuttiv ta’ EquestriMalta, tenna l-impenn tal-organizzazzjoni li tkompli tappoġġja t-tkabbir u l-iżvilupp tat-tiġrijiet taż-żwiemel f’Malta. Huwa laqa’ l-involviment ta’ Mapfre, filwaqt li saħaq fuq l-importanza tal-kollaborazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet sportivi u s-settur privat sabiex dan l-isport ikompli jissaħħaħ. Is-Sur Zammit irrikonoxxa wkoll l-isforzi kollettivi li qed isiru biex jiġi offrut programm ta’ tiġrijiet kompetittiv u attraenti għall-komunità lokali tat-tiġrijiet taż-żwiemel.
Il-Viċi President tal-Malta Racing Club, is-Sur Tony Demanuele, irringrazzja lil Mapfre talli qed testendi r-relazzjoni fit-tul tagħha ma’ dan l-isport permezz tal-isponsorjar ta’ kampjonat. Huwa enfasizza l-parteċipazzjoni inkoraġġanti matul il-fażijiet ta’ kwalifikazzjoni u l-livell għoli ta’ kompetizzjoni li wassal għall-għażla tat-12-il finalist. Is-Sur Demanuele osserva li l-finali se tlaqqa’ flimkien taħlita interessanti ta’ żwiemel ta’ esperjenza ma’ oħrajn li għadhom relattivament ġodda fix-xena lokali u li fl-aħħar ġimgħat urew forma eċċellenti. Huwa esprima wkoll l-apprezzament tiegħu lejn is-sidien, it-trejners u s-sewwieqa, li bl-impenn tagħhom ikomplu jikkontribwixxu għas-suċċess tal-kampjonati organizzati mill-klabb.
Wara l-interventi tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet involuti, ittellgħet il-polza biex ġew determinati l-pożizzjonijiet tat-tluq tat-12-il finalist, biex b’hekk kollox jinsab lest għall-konfront tant mistenni tal-Ġimgħa filgħaxija.
Numru 1: Mr Zimmerman
Numru 2: Histrio
Numru 3: Genievre
Numru 4: Infinity of Joy
Numru 5: Iniesta Sport
Numru 6: Ice Dream Keruzoc
Numru 7: Hawk Speed
Numru 8: Indiana Buroise
Numru 9: Fast
Numru 10: Harry Challeonnais
Numru 11: Kamila des Monts
Numru 12: Sara J.E.
Il-Finali tal-Kampjonat Mapfre Silver mistennija toffri konfront mill-aktar interessanti hekk kif it-12-il finalist se jkunu qed jissieltu għar-rebħ tat-titlu fil-Malta Equidrome nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru fid-9:05pm.
Mapfre Silver Championship Final set for Friday 6th November
The Malta Racing Club is preparing for its second championship final since the summer recess, with the Mapfre Silver Championship set to take place at Malta Equidrome on Friday 6th November at 9:05pm.
This year’s championship marks an important milestone in the longstanding relationship between Mapfre and Maltese horse racing, as the insurance company lends its name to a championship organised by the Malta Racing Club for the first time.
The championship attracted a strong field of 76 horses in the Silver category, competing in seven qualifying heats held on 9th October. From these, 32 horses progressed to the three semi-finals contested on Friday 23rd October, with the 12 successful finalists now preparing to battle for the prestigious title. The starting positions for the final were determined during a press conference attended by representatives of the sponsoring company and the organisations involved in the sport.
Representing Mapfre, Chief Operations Officer Mr Keith Tanti expressed the company’s satisfaction at strengthening its association with Maltese horse racing through this championship sponsorship. He highlighted Mapfre’s longstanding commitment to support different sport activities in the Maltese islands and the company’s interest in maintaining and further developing this connection with horse racing. Mr Tanti concluded by wishing all participating owners, drivers and their respective teams the best of luck in the forthcoming final.
Dr Matthew Brincat, Chief Executive Officer of Malta Equidrome, welcomed Mapfres involvement as title sponsor and acknowledged the importance of continued support from established companies towards the development of horse racing in Malta. He referred to the ongoing efforts to enhance the racing experience at Malta Equidrome, both for those directly involved in the sport and for the spectators attending race meetings. Dr Brincat expressed his confidence that the final would provide another exciting evening of competitive racing.
Mr Max Zammit, Chief Executive Officer of EquestriMalta, reiterated the organisation’s commitment towards supporting the continued growth and development of horse racing in Malta. He welcomed the involvement of Mapfre, noting the importance of collaboration between sporting organisations and the private sector in sustaining and strengthening the sport. Mr Zammit also acknowledged the collective efforts being made to provide a competitive and attractive racing programme for the local horse racing community.
Malta Racing Club Vice-Chairman Mr Tony Demanuele thanked Mapfre for extending its longstanding association with the sport into championship sponsorship. He highlighted the encouraging participation registered throughout the qualifying stages and the competitive nature of the races leading up to the twelve finalists where a mix of seasoned horses will battle it out with new commers showing excellent form. Mr Demanuele also expressed appreciation towards the horse owners, trainers and drivers whose commitment continues to contribute to the success of championships organised by the club.
Following the addresses by the representatives of the organisations involved, the draw for the starting positions of the 12 finalists was conducted, officially setting the stage for Friday evening’s showdown.
No. 1: Mr Zimmerman
No. 2: Histrio
No. 3: Genievre
No. 4: Infinity of Joy
No. 5: Iniesta Sport
No. 6: Ice Dream Royal
No. 7: Hawk Speed
No. 8: Indiana Buroise
No. 9: Fast
No. 10: Harry Challeonnais
No. 11: Kamila des Monts
No. 12: Sara J.E.
The Mapfre Silver Championship Final promises an exciting contest as the finalists compete for championship honours at Malta Equidrome on Friday 6th November at 9:05pm.
